Ajkla Bajda Fil-Mira Ta’ Kaċċaturi F’Għawdex

F’Konferenza tal-aħbarijiet minn BirdLife Malta intweriet ajkla li hija magħrufa bħala l-Ajkla Bajda li sfat fil-mira ta’ kaċċaturi f’Għawdex.
Din l-ajkla protetta kienet tifforma parti minn qatgħa ta’ 12-il għasfur/ajkla. Jidher li l-ajkla feruta nstabet minn turisti Taljani waqt li kienu qed isuqu minn Marsalforn għax-Xagħra.
Dan ifissier, li issa, l-ammont ta’ għasafar li ntlaqtu din is-sena sa issa u li ġew irkuprati minn BirdLife Malta u l-pulizija jammontaw għal 167. Huma qalu li l-2020 qed tkompli tkun sena rekord għall-kaċċa illegali f’dawn l-aħħar 8 snin.

Ritratti: Katarzyna Pacoń