Bil-Filmat: 75 Każ Ġdid F’Pajjiżna… ‘Il Fejn Sejrin?

 Bil-Filmat: 75 Każ Ġdid F’Pajjiżna… ‘Il Fejn Sejrin?

Fuq il-paġna ta’ Saħħa fuq facebook, tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 75 każ ġdid ta’ persuni bil-Covid-19. Fiequ 31 persuna.

Il-Professur Charmaine Gauci waqt xandira diretta semmiet li l-clusters li qed jigu kkonfermati bħala pożittivi huma relatati ma’ familja. Tenniet li dawk in-nies li jkollhom persuni pożittivi fil-familja, għandhom jagħmlu l-almu tagħhom li jiddistanzjaw rwieħhom minnhom sakemm kollox jiġi lura għan-normal.

Issemmew ukoll il-postijiet tax-xogħol fejn f’din il-ġimgħa kien hemm 36 persuna pożittivi relata mal-post tax-xogħol.

L-użu tal-maskri u d-distanza soċjali huma prijorità u jekk hemm possibbilità ta’ xogħol mid-dar, dan huwa ta’ benefiċċju għal kulħadd.

F’Għawdex insibu 15 -il każ attiv bħalissa.

 Ritratt: CSA Group

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com