ESKLUSSIVA – Aktar Minn 11,000 Vot Għal Bernard Grech

 ESKLUSSIVA – Aktar Minn 11,000 Vot Għal Bernard Grech

Għalkemm ir-riżultat uffiċjali mistenni joħrog fis-sigħat li ġejjin, sorsi infurmati u ta’ min joqgħod fuqhom fid-dar ċentrali qedgħin jgħidu li Grech ġab il-maġġoranza assoluta tal-voti tat-tesserati tal-Partit Nazzjonalista.

S’issa jidher li Bernard Grech ser ikun kiseb żgur aktar minn 11,000 vot minn total ta’ 18,362 vot li intefgħu fl-aħħar jiem. Skont kalkoli interni dan in-numru jaf  jisboq bil-bosta it-12,000 vot sabiex Grech ikun ġab madwar 67% u 69% tal-voti validi. Dan ix-xenarju qiegħed ikompli iżid l-aspettattiva għal dawk li ħadmu għal Grech sabiex fil-ħin li ġej jiċċelebraw ir-rebħa.

Minkejja li dan mhux riżultat uffiċjali persuni fid-dar ċentrali jikkonfermaw ma’ Strada Rjali li s-sentimenti fid-Dar Ċentrali hu wieħed ċar li Grech ser jassumi r-responsabbiltà ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Minn ħin għall-ieħor qed nistennew riżultat mhux uffiċjali.

Ritratt: Net News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com