Anzjana Tindarab Gravi Wara Li Waqgħet Sular Minn Fetħa Fl-Art Fil-Gżira
Bulgara ta’ 66 sena, qiegħda tingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei wara li sofriet ġrieħi gravi ġewwa residenza.
Il-każ seħħ ilbieraħ, fl-għaxra fi Triq Carlo Manche’, il-Gżira.
Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru nstab li l-mara waqgħet madwar sular għoli minn fetħa li kien hemm fl-art tar-residenza.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.