Anzjana Titlef Ħajjitha B’Nirien Li Ħakmu D-Dar Tagħha

 Anzjana Titlef Ħajjitha B’Nirien Li Ħakmu D-Dar Tagħha

Mara ta’ 74 sena, residenti r-Rabat, Malta, tilfet ħajjitha b’nirien li ħakmu r-residenza tagħha.

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart, il-Pulizija tad-Distrett tar-Rabat kienet infurmata li hemm nirien ġo residenza fi Triq San Patrizju.

Il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew minnufih.

Fuq il-post issejjaħ tim medika li ċċertifikata lill-anzjana mejta. Għad mhux magħruf il-kawża tal-inċident.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Victor Axiaq, li ħatar diversi esperti sabiex
jassistuh fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com