Arrestat Wara Li Spara Fuq Tfajla U Ma Laqathiex Fl-Isla
Raġel ta’ 29 sena qiegħed jinżamm arrestat b’rabta ma’ allegat sparatura li seħħet Ilbieraħ filgħaxija fl-Isla.
Kienu għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija, x’ħin il-pulizija ġew infurmati li ġie sparat tir fi Triq iż-Żewġ Mini, fl-Isla.
Il-Pulizija tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit (RIU) marru minnufih fuq il-post fejn ġie kkonfermat ir-rapport u bdiet it-tfittxija għal persuna li allegatament sparat.
Aktar tard il-persuna nstabet mill-Pulizija tad-Distrett u ġiet arrestata.
Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li inqala’ argument bejn ir-raġel u mara, bir-raġel allegatament spara lejn il-mara li għandha 23 sena.
Il-vittma, li fortunatament ma ntlaqtitx, laħqet ħarbet tiġri minn fuq il-post. Fl-istess triq, il-pulizija sabu l-vettura tal-għamla Mercedes, li kien qiegħed juża r-raġel u fiha nstabu l-arma tan-nar li allegatament saret l-isparatura biha, lembuba tal-ħadid u ammont sostanzjali ta’ flus kontanti.
Fit-triq instabet ukoll il-balla tat-tir li ġie sparat. Bil- każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia li ordna inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin