Bernard Grech Huwa d-Disa’ Kap Tal-Partit Nazzjonalista
Bernard Grech, imwieled f’ Raħal Ġdid fit-8 ta’ Settembru 1971 u mrobbi f’ Birżebbuġa. Għandu 49 sena u miżżewweġ lil Anne Marie u għandhom żewġ t’itfal, Neil u Maria.
Grech kien tenna li għamel żmien twil jaħdem ukoll bħala raġel tad-dar tant li martu kompliet il-karriera tagħha bħala għalliema.
Laħaq avukat fl-1995 fejn fetaħ uffiċju pruvat u ntesifika l-ħidma tiegħu fil-liġi ċivili u dik tal-familja.
Fl-2011, ikkampanja kontra d-divorzju u din kienet l-ewwel dehra tiegħu fl-arena politika. Minn hemm, fl-2019 kellu l-offerta li jkun kandidat fi ġdan il-PN għall-elezzjoni tal-Parlament ewropew, liema offerta hu ma laqax.
Illum, Bernard Grech ser jibda paġna ġdida f’ħajtu fejn ser ikun id-9 Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Ritratt: Facebook/ Bernard Grech