Bernard Grech Jgħid Li L-Baġit Nesa Lill-Frontliners

 Bernard Grech Jgħid Li L-Baġit Nesa Lill-Frontliners

L-għada tal-Budget, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-budget kif imressaq minn Robert Abela nesa kompletament lill-frontliners li kienu u għadhom quddiemnett fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-Covid-19.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal dan waqt żjara li għamel lill-frontliners quddiem id-Dipartiment tal-Emerġenza f’Mater Dei.

Dr Grech irringrazzja lill-frontliners għall-ħidma kontinwa tagħhom li ddeskriviha bħala waħda straordinjarja. Huwa qal li rridu nirrikonoxxu din il-ħidma sfiqa li qed issir mit-tobba, l-infermieri, il-professjonisti, l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa u l-frontliners kollha li baqa’ fuq quddiemnett fil-ġlieda kontra l-virus u b’ħidmithom jagħtu l-appoġġ u s-saħħa liċ-ċittadini kollha tagħna. Dan b’sagrifiċċju kbir, ukoll personali u anke’ ġieli ‘l bogħod mill-familji tagħhom. Huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista jqis lill-frontliners kollha bħala l-eroj tagħna f’din il-ġlieda kontra l-virus.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN qal li sfortunatament il-Gvern Laburista ma rrikonoxxiex din il-ħidma fil-baġit li ressaq ilbieraħ u l-frontliners minflok nesiehom. Qal li l-Prim Ministru kellu r-responsabbilta’ li jserraħ ras il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa li huma l-iktar milquta mill-imxija tal-virus.

Żied li Robert Abela lanqas ma serraħ moħħ il-Maltin u l-Għawdxin li jinsabu ferm inkwetati bil-pandemija, bin-numru tal-imwiet li sfortunatament qegħdin jiżdiedu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com