“L-Isfida Tas-Saħħa Mentali Ġġorr Magħha Stigma” – L-Isqfijiet Maltin

 “L-Isfida Tas-Saħħa Mentali Ġġorr Magħha Stigma” – L-Isqfijiet Maltin

Għada l-10 t’ottubru huwa l-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali li huwa mmarkat fil-kalendarju biex iqajjem kuxjenza dwar dan is-suġġett.

Fi stqarrija, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex tennew li dawn l-isfidi jġorru magħhom stigma kbira tant li dawn in-nies li jgħaddu minn problemi ta’ saħħa mentali jistgħu jitqiesu bħala persuni ta’ rieda dgħajfa. Il-konsegwenza ta’ dan tista’ tkun li l-persuni nnfushom jibdew jemmnu hekk huma stess.

Għamlu aċċenn għall-pandemija tal-Covid-19 fejn il-problemi komplew jiżdiedu b’ansjetà u iżolament soċjali.

“Nixtiequ naqsmu l-qawwa u l-inkoraġġiment li Alla jagħti lil dawk li qed jaffaċċjaw dawn it-tip ta’ problemi, u lill-familji tagħhom. Mhumiex piż fuq ħaddieħor, imma huma parti vitali mill-Ġisem ta’ Kristu, bi rwol speċjali li jista’ jitwettaq minnhom biss”, tennew l-isqfijiet.

Sostnew li lkoll għandna nilqgħu lil xulxin u ninkludu wkoll lil kulħadd fi ħdan il-Knisja… “il-poplu ta’ Alla, fejn kull membru huwa għażiż…”

Ritratt: Newsbook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com