Bil-Filmat: Araw X’Qalet L-Attriċi Margaret Agius Darba Minnhom Waqt Filming!

 Bil-Filmat: Araw X’Qalet L-Attriċi Margaret Agius Darba Minnhom Waqt Filming!

F’dan il-filmat, l-attriċi brava Margaret Agius għaddiet messaġġ sabiħ lil Evelyn Saliba La Rosa u Micheal Vella Haber waqt il-ġbid minn xena tas-serjè Ċirkostanzi.

Kellha karattru ta’ mara fit-Tieni Gwerra Dinjija f’Malta. Tkellimna ma’ Evelyn Saliba La Rosa u qaltilna li hawnhekk kienet diġà ma tiflaħx imma kienet tisħaq li trid tibqa’ tirreċta u taħdem sal-aħħar mument.

Adrian Saliba, ir-raġel ta’ Evelyn tella’ dan il-filmat u tenna li bid-dmugħ f’għajnejh qal li ser jimmissjawha ħafna u li kien ta’ pjaċir jaħdmu magħha sa mill-2011.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com