Bil-Filmat: Blokka Appartamenti Ta’ 33 Sular Issir Fjamma Waħda

Fil-Korea t’Isfel, blokka appartamenti ta’ 33 sular b’appartamenti ħadet in-nar. Jidher li n-nar beda mit-tielet sular f’appartament residenzjali sakemm imbagħad ħa l-bini kollu fid-distrett ta’ Dal Dong f’Uslan.
Fil-filmati jidhru l-ilsna tan-nar qawwija li baqgħu telgħin sa fuq nett u jidhru wkoll blokki tal-konrit neżlin għal isfel.
Jidher ukoll li nħaraq parti minn kumpless kummerċjali viċin imma n-nar ta’ din il-parti ntefa’ ,ill-ħaddiema tat-tifi tan-nar. In-nar huwa mifhum li ġera sew anke minħabba r-riħ li hemm fil-pajjiż bħalissa.
Ritratt: The Daily Mail.co.uk