Bil-Filmat: “Ħadd Mhux Se Jsib Aħjar Mill-Għeżież Tiegħu’ -Aidan

 Bil-Filmat: “Ħadd Mhux Se Jsib Aħjar Mill-Għeżież Tiegħu’ -Aidan

Somebody like you hija l-kanzunetta ġdida miktuba u kantata mill-kantant Aidan innifsu. Fuq ritmu mexxej u vivaċi, Aidan jaħseb fl-għeżież tiegħu b’enfasi dwar il-fatt li bħalhom qatt ma jsib. 

Tenna li bosta huma dawk li jaqsmu l-istess ħsieb tiegħu.

Din il-kanzunetta inkitbet lura f’Marzu waqt perjodu ta’ kwarantina.

Apparti li huwa kantant, Aidan huwa wkoll konsulent kummerċjali fi ħdan il-Malta Film Commission.

Minn StradaRjali.com, nawguraw aktar suċċessi lil Aidan.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com