Veru Li Ser Tibda Programm Fuq ONE TV? “Le” – Louise Tedesco
Stradarjali.com għamel kuntatt mal-preżentatriċi popolari Louise Tedesco u staqsieha jekk hux minnu li se tibda programm fuq ONE TV wara diversi xniegħat anke fuq il-midja soċjali li kienet se tagħmel dan il-pass. Għal din il-mistoqsija Louise Tedesco wieġbet: “Le”.
Fl-4 t’Ottubru li għadda, il-preżentatriċi Louise Tedesco ħabbret fuq facebook tagħha li qed tirreżenja minn kull kariga fil-Partit Nazzjonalista, inkluż dik ta’ kunsilliera lokali. Tedesco kitbet li nfurmat b’dan lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista: “Ghidtlu wkoll li ser intemm ix-xoghol tiegħi ma Net TV. Irrid nieħu din l-okkażżjoni biex nirringrazzja lill-ħaddiema ta’ Media link li ħdimt magħhom mill-ewwel ġurnata li fetaħ Net TV, lit-telespettaturi li tant tawni mumenti ta’ sodisfazzjon u lill-kostitwenti tal-Ħamrun tal-fiduċja tagħhom.”
Dan wara l-mod kif Adrian Delia tqaċċat ‘il barra qabel ma spiċċa l-mandat li kien ingħatalu mit-tesserati stess fi ħdan il-PN. Delia ser jibqa’ l-ewwel mexxej ta’ partit politiku li qatt ma kkontesta elezzjoni ġenerali.