Bil-Filmat: Jittellgħu 830kg Ta’ Skart Minn Qiegħ Il-Baħar F’San Ġiljan

F’madwar erba’ sigħat, ittellgħu 830.03kg ta’ żibel minn qiegħ il-baħar mill-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.

Dan hekk kif għaxar voluntiera li jqattgħu ħafna mill-ħin liberu tagħhom inaddfu wara ħaddieħor biex isebbħu l-ambjent, niżlu f’qiegħ il-baħar ta’ din il-bajja hekk kif hi magħrufa sew għall-ammont ta’ skart li jintrema ta’ kull tip.

Fuq il-paġna Żibel, ġie spjegat kif din il-bajja dejjem kienet fuq il-lista tagħhom u permezz ta’ għajnuna ta’ bosta entitajiet, inġabru saħansitra 104 tyres tal-karozzi minn qiegħ il-baħar.

Fosthom inġabar dan l-ammont;

🌊 Fliexken tal-Plastik Riċiklabbli  3.77 kg
🖲 Plastik mhux Riċikalbbli 5.84 kg
🍾 Ħġieġ 6.82 kg
Metall 1.06 kg
🗑 Skart Ġenerali 37.08 kg
🚗 Tyres 738.38 kg / 104 tyres
🛢 Skart Goff 37.08 kg

Huma rringrazzjaw lil Dive Systems – MaltaMalta Tourism Authority, ERA, Clean Malta – Cleansing and Maintenance DivisionEcoPure Beverage Services & Portughes Dry Cleaning b’din it-tindifa ġiet organizzata minn Żibel u Raniero’s Adventures – Live Life

Intant, il-Ministru Julia Farrugia Portelli rringrazzjat lil dawk kollha li kienu involuti f’din it-tindifa li sservi ta’ ġid għall-ambjent.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com