Bosta Joħduha Kontra L-Papa Wara Li Appoġġja L-Unjoni Ċivili… Isejħulu l-AntiKrist!

 Bosta Joħduha Kontra L-Papa Wara Li Appoġġja L-Unjoni Ċivili… Isejħulu l-AntiKrist!

Kienu bosta dawk li nfexxew jattakkaw lill-Papa Franġisku bil-modi diversi eżistenti speċjalment fuq facebook f’dawn il-jiem. Dan wara li ftit jiem ilu ġriet l-aħbar li l-Papa Franġisku appoġġja unjoni ċivili bejn koppji tal-istess sess.

Il-Papa qal dan waqt intervista li saret għal dokumentarju bl-isem ta’ Francesco li ntwera fir-Rome Film Festival nhar l-Erbgħa.

“Nies omosesswali għandhom dritt ikunu ġo familja. Huma ulied Alla”, qal il-Papa waqt waħda mill-intervisti għad-dokumentarju.

“Hemm ħtieġa li jkun hemm liġi għall-unjoni ċivili, b’hekk ikunu koperti. Dan nissaportjah!, qal il-Papa. Qatt qabel, ma Papa ħareġ pubblikament favur unjoni ċivili qabel!
L-attakki ġew minn diversi sezzjonijiet fis-soċjetà, inkluż minn saċerdoti wkoll madwar id-dinja. Lokalment, f’pajjiżna kien hemm bosta persuni li kkritikawh li mhux qed jaħdem f’isem Alla u sejħulu AntiKrist.
Kumment ieħor kien, li ħafna min-nies li qed taparsi joħduha kontra d-deċiżjoni tal-Papa u li jriduha tal-Kattoliċi ferventi huma rġiel miżżewwġa ma’ nisa, li jmorru mal-omossesswali sempliċiment biex jaqdu x-xewqat għattxana tagħhom u wara, ikunu huma l-ewwel li jikkritikawhom!
Ritratt: Daily Express
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com