Bil-Filmat: Kultant It-Tfal Jgħallmu Lill-Kbar!
Dawn iċ-ċkejknin mill-iskola ta’ St. Joseph Junior School f’Tas-Sliema huma eżempju għalina lkoll.
Mhux talli qed inaddfu, qed jieħdu ħsieb il-post li jqattgħu ħafna ħin fih u allura jagħtu kas l-iġene u s-saħħa tagħhom u ta’ xulxin, talli wkoll qed jagħmlu hekk b’pożittività.
Forsi spiss bħalissa qed naraw dlam quddiem għajnejna imma kif jgħid il-Malti, ‘Triq tgħin ruħek biex Alla jgħinek!’. Hekk għamlu dawn it-tfal u dan il-mument biddluh f’memorja li ‘l quddiem ser jiftakruha.
Prosit tmur ukoll lill-għalliema tagħhom tal-idea sabiħa. Mument hekk iġġiegħelna nirrealizzaw ix-xogħol li jiswa mitqlu deheb li jagħmlu l-edukaturi… Dak li t-tfal jitgħallmu l-iskola, jisboq kull ħaġa oħra u jiffurmalhom karattru aħjar.
Kburin bikom!
Ritratt: Facebook/ St Joseph Junior School Sliema