Bil-Filmat: Nanna Tiftaħ Qalbha Wara Li Ġiet Imċaħħda Milli Tara Lin-Neputija…

 Bil-Filmat: Nanna Tiftaħ Qalbha Wara Li Ġiet Imċaħħda Milli Tara Lin-Neputija…

Fuq il-programm televiżiv Popolin fuq TVM li jixxandar ta’ kuljum fis-19.00 ippreżentat minn Quinton Scerri, anzjana fetħet qalbha dwar dak li tħoss meta ġiet imċahhda milli tara n-neputija li llum se tagħlaq 4 snin.

Dan wara li kien hemm xi diżgwit fil-familja imma sfortunatament affettwa lilha wkoll. Hi tisħaq li meta jkun hemm il-problemi bejn il-koppja, m’għandux għalfejn jeħlu n-nanniet “qisna ma nibqgħux neħistu”.

Tenniet li damet tieħu ħsieb it-tifla, toħodha d-dar u f’daqqa waħda l-omm qaltilha li se toħodha d-day care. Kien hemm mument ukoll meta ratha fil-viċin, l-omm talbet biex jinġiebu l-pulizija. “Ġib il-pulizija, jien x’għamilt?”, qalet imbikkma n-nanna.

Kemm hi reali din is-sitwazzjoni f’pajjiżna? Temmnu li l-koppji għandhom ikunu maturi biżejjed li meta jispiċċa kollox bejniethom, ma jħallux il-problemi tagħhom iweġġgħu lill-oħrajn? F’dan il-każ, lin-nanniet?!

Isimgħu r-rakkont hawn taħt:

Ritratt: Depositphotos (ir-ritratt ma jurix il-persuna reali. Intuża biss biex jispjega)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com