Borg Cardona Jgħid Li Jieħu R-Ruħ Meta Joseph Muscat Jispiċċa Kordin

Fuq facebook tiegħu, Andrew Borg Cardona ixxerja artiklu tat-Times Of Malta fejn fit-titlu tagħhom ikkwotaw lill-ex-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li jħossu qalbu maqsuma li l-affarijiet spiċċaw kif spiċċaw.
Min-naħa tiegħu, borg Cardona kiteb: “Ours might start to heal when you take up residence at the Big House near Paola.”
Dan b’referenza li qalbu u ta’ oħrajn, tibda tfieq meta inti (Joseph Muscat) tibda tgħix fid-dar il-kbira ħdejn Raħal Ġdid, jiġifieri fil-ħabs ta’ Kordin.