Casa Antonia Ddikjarata Totalment Ħielsa Mill-Covid-19

 Casa Antonia Ddikjarata Totalment Ħielsa Mill-Covid-19

Casa Antonia Nursing and Residential Home, f’Ħal Balzan, għadha kemm ġiet iddikjarata totalment ħielsa mill-Covid-19.

Madankollu d-dar mhix se tnaqqas il-miżuri li qed tieħu hekk kif se tkompli tagħmel l-almu kollu tagħha biex tiżgura li r-residenti jkunu siguri, fejn kontinwament twettqu miżuri ġodda skont pariri professjonali.

Dan intqal mill-maniġer ġenerali tad-dar Dr Sarah Cassar.

F’Malta, in-numri tal-każi reġgħu bdew jiżdiedu wara s-17 ta’ Lulju, madankollu kien fit-3 ta’ Settembru 2020 li Casa Antonia rrappurtat l-ewwel każ pożittiv tagħha.

Fit-30 ta’ Settembru, Casa Antonia kellha każ pożittiv wieħed biss peress li 34 pazjent kienu rkupraw mill-virus. Fl-14 ta’ Ottubru, Casa Antonia kienet iddikjarata totalment ħielsa mill-Covid.

“Dak iż-żmien, meta skoprejna l-ewwel każ, konna qed nirċievu biss viżitaturi bl-appuntament, minn wara perspex screen u konna diġà waqqafna lir-residenti milli joħorġu barra mid-dar, ħlief għal appuntamenti mediċi urġenti.

Swabbing regolari tar-residenti u tal-istaff kompla jsir sa minn minn Marzu, filwaqt li d-dar qatt ma kienet miftuħa biex viżitaturi jidħlu taħt ċirkostanzi normali.

Bħala riżultat taż-żieda fin-numru ta’ każi ta’ Covid f’Malta, konna ilna nsegwu proċeduri aktar rigorużi maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa sa mis-7 ta’ Awwissu 2020, qalet Dr Cassar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com