“Ċertu Ministru Qed Iżur Id-Djar F’Dan Iż-Żmien Straordinarju” – Mara Urtata

 “Ċertu Ministru Qed Iżur Id-Djar F’Dan Iż-Żmien Straordinarju” – Mara Urtata

Mara kitbet fuq Facebook dwar kif bħalissa tinsab urtata wara li ċertu Ministru, li ismu ma semmietx, qed iżur id-djar tan-nies f’dan iż-żmien straordinarju.

Hi kitbet kif temmen li trid tkun qaln in-nies imma f’dan iż-żmien partikolari fejn persuna qed tipprova żżomm id-distanza, mhux lok li wieħed iżur id-djar.

Spjegat kif dan iktar u iktar meta f’wieħed mir-ritratti li tefa’ fuq il-paġna ta’ Facebook jidher man-nanniet tagħha li lanqas biss qed imorru jarawhom kawża tal-pandemija.

Qalet kif vera li dawn iż-żewġt anzjani setgħu rrifjutaw, imma “hawn Malta nafu biżżejjed is-sistema politika u x’jistgħu jaħsbu jekk jgħidulu le!”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com