Deborah Francalanza Tiċċara Li M’għamlitx Abort!

Deborah Francalanza li hija producer fil-programm L-Erbgħa fost il-Ġimgħa li jixxandar fuq TVM l-Erbgħa filgħaxija u li nċidentalment hija t-tfajla tal-preżentatur tal-istess programm Mark Laurence Zammit iddikjarat li hi m’għamlitx abort.
Dan wara li fil-programm tal-bieraħ li ddiskuta l-abort, xxandar filmat li fih Deborah għamlet investigazzjoni biex turi kemm hu faċli li wieħed jagħmel abort barra minn Malta.
Wara dan il-filmat li qajjem reazzjoni, kien hemm ħafna reazzjonijiet u wara saħansitra kien hemm kummenti ta’ persuni li ħasbu li Deborah vera għamlet abort.
Għaldaqstant wara li qrat ħafna kummenti, fuq facebook Deborah ddikjara li qatt ma kienet pregnant u wisq inqas qatt għamlet abort.