Destiny B’Kanzunetta Ġdida Għall-Eurovision 2021

 Destiny B’Kanzunetta Ġdida Għall-Eurovision 2021

Il-kantanta popolari Destiny se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla permezz ta’ kanzunetta ġdida.

Fi stqarrija, il-PBS ħabbar il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-65 edizzjoni ta’ dan il-festival prestiġġjuż li se jittella’ f’Roterdam, l-Olanda.

Il-PBS stieden lill-kompożituri u l-awturi biex jissottomettu kanzunetta li tkun ideali għal Destiny fuq l-email [email protected]

Dan irid isir sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa li ġej.

Il-festival tas-sena d-dieħla se jkollu t-tema Open UP bl-ewwel żewġ semi-finali se jittellgħu fit-18 u l-20 ta’ Mejju. Il-finali se ssir is-Sibt 22 ta’ Mejju.

L-organizzaturi qalu li jinsabu ottimisti li dawn it-tliet serati se jittellgħu b’udjenza limitata u bid-distanza soċjali.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com