Mill-Ħamis: Jingħalqu L-Bars U Gruppi Ta’ Mhux Aktar Minn 6 – Il-Multa togħla għal €200

 Mill-Ħamis: Jingħalqu L-Bars U Gruppi Ta’ Mhux Aktar Minn 6 – Il-Multa togħla għal €200

Il-Gvern ħabbar li mill-Ħamis li ġej, il-bars u l-każini kollha għandhom jibqgħu magħluqin. Din l-miżura tibqa’ tgħodd sal-ewwel ta’ Diċembru 2020 sal-ħin tas-6 am.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-isnack bars u l-gabbani jistgħu jibqgħu miftuħin, madanakollu ma jistgħu fl-ebda istanza, jipprovdu, joffru jew ibigħu kull tip ta’ xorb alkoħoliku lill-klijenti u għandhom jagħlqu bejn il-11 p.m. u l-5 a.m. tal-għada filgħodu.

Tħabbar ukoll li mill-Ħamis li ġej, l-ammont massimu ta’ persuni li jistgħu jinġemgħu fi grupp fi spażji pubbliċi se jonqos minn 10 persuni għal 6 persuni.

Dan ifisser li fi spażji pubbliċi, gruppi ta’ aktar minn 6 persuni huma projbiti inklużi fi kjus u fuq waqfiet tal-karozzi tal-linja. Dan sakemm ma tinżammx id-distanza soċjali ta’ żewġ metri bejniethom. Din il-miżura ma tapplikax għal persuni li jgħixu fl-istess residenza.

Il-multa għal min ma josservax din il-miżura ser tiżdied għal €200 iżda jekk il-penali titħallas qabel ma jibdew il-proċeduri quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja, il-multa titnaqqas għal €100.

Dawn il-miżuri qed jidħlu fis-seħħ wara konsultazzjoni mas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika sabiex tkun limitata iżjed l-imxija ta’ COVID-19.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com