Din Is-Sena Madwar 2,500 Familja Bbenefikaw Minn Rati Ogħla Tal-In-Work-Benefit
Mill-introduzzjoni tal-In-Work Benefit fl-2015 sal-lum, aktar minn 7,400 familja bbenefikat minn dan il-benefiċċju f’xi żmien jew ieħor, li ħalla €16.5m fi bwiethom.
S’issa, fl-2020, madwar 2,500 familja qed jibbenefikaw minn rati għola tal-benefiċċju tal-in-work benefit.
Fil-jiem u fil-ġimgħat li ġejjin, se jkunu qed jingħataw il-kumplament tal-pagamenti lill-familji l-oħrajn eleġibbli għal dawn ir-rati l-ġodda. Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Michael Falzon u s-Segretarju Permanenti Mark Musu.
Ir-rati għola ddaħħlu fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika ta’ Ġunju li għadda bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni tal-gvern fid-dawl tal-pandemija Covid-19.
Din iż-żieda qed igawdu minnha koppji fejn it-tnejn jaħdmu, single parents u koppji fejn jaħdem ġenitur wieħed biss.
Dawn il-familji li rċievew il-pagamenti din is-sena raw żieda ta’ €250 addizzjonali bħala suppliment, filwaqt li minn dan ix-xahar bdew jingħataw il-pagamenti bir-rati l-ġodda miżjuda.
Ir-rati żdiedu;
€100 fis-sena għal min għandu dħul sa €18,111;
€50 fis-sena għal min għandu dħul minn €18,112 sa €22,811;
€30 fis-sena għal min għandu dħul minn €22,812 sa €26,000;
Koppja fejn persuna waħda tkun taħdem
Dħul massimu żdied minn €17,813 għal €22,000 fis-sena.
L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €550 għal kull wild għal €630.
Rati żdiedu bi €80 fis-sena.
Persuna Waħedha
Dħul massimu żdied minn €17,312 għal €18,200 fis-sena.
L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €1,350 għal kull wild għal €1,400.
Rati żdiedu bi €50 fis-sena.
Dħul ikkunsidrat
Dħul huwa minn xogħol biss wara li titnaqqas il-bolla. Dħul ieħor bħal interessi u renti ma jkunx ikkunsidrat.
Id-dħul ikun ikkalkulat fuq l-FS3s jew inkella fuq il-profit and loss account tas-sena ta’ qabel.
Benefiċjarji fl-aħħar ta’ kull sena kif indikat:
IWB Beneficiaries | Dec-15 | Dec-16 | Dec-17 | Dec-18 | Dec-19 |
Single Parent in Emp | 786 | 878 | 1,014 | 1,269 | 1,450 |
Both Parents in Emp | 550 | 484 | 811 | 1,028 | 1,059 |
Couple 1 PRNT in Emp | 355 | 872 | 1,046 | 1,071 | |
Total | 1,336 | 1,717 | 2,697 | 3,343 | 3,580 |
S’issa hemm madwar 2,500 benefiċjarju, li mistennija jitilgħu sa qrib 3,000 sal-aħħar tas-sena.
L-ammonti mħallsa fuq dan il-benefiċċju kull sena:
Jan – Dec | Expenditure |
2015 | €1,063,291 |
2016 | €1,870,573 |
2017 | €2,812,332 |
2018 | €3,724,941 |
2019 | €4,484,168 |
2020 to date | €2,561,934 |