Jinfetħu l-Mini Ta’ Santa Luċija… Dan Ifisser 30% Ħin Inqas Ta’ Vvjaġġar

 Jinfetħu l-Mini Ta’ Santa Luċija… Dan Ifisser 30% Ħin Inqas Ta’ Vvjaġġar

Prime Minister Robert Abela officially opens the St Luċija roundabout underpass-St Luċija roundabout -23-10-2020

Dawk li se jkunu qed jivjaġġaw miż-żona tal-mini l-ġodda ta’ Santa Luċija se jkunu qed jiffrankaw 30% tal-ħin tal-ivvjaġġar. Dan hekk kif il-Ġimgħa filgħodu Infrastructure Malta fetħet il-mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija u b’hekk ħolqot konnessjoni diretta bejn Vjal Santa Luċija ma’ Triq Tal-Barrani, tul ir-rotta ewlenija lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta.

Fid-diskors tiegħu għall-ftuħ tal-mini ta’ Santa Luċija, il-Prim Ministru Robert Abela, qal kif bħala persuna li jgħix fin-Nofsinhar ta’ Malta, jaf xi jfisser dan il-proġett għal ħafna min-nies u jifhem il-bżonn tiegħu.

Spjega kif dan seta’ jkun possibbli permezz ta’ fondi Ewropej, liema fondi dan il-Gvern ħadem qatigħ u nnegozja sabiex jibbenefika minnhom. Dan sabiex l-istess fondi jkunu jistgħu jintefqu b’għaqal fuq proġetti li jsarfu ta’ benefiċċju u jkunu ta’ gwadann għall-poplu Malti u Għawdxi. Liema proġett huwa xhieda ta’ dan.

Qal kif dan il-Gvern irid jibgħat messaġġ ċar ta’ fiduċja lin-negozji li dan il-Gvern se jkompli għaddej bil-proġetti, u kif dan il-proġett huwa turija ċara, li l-Gvern għejja.

Il-Ministru Ian Borg spjega kif dan hu proġett li dawk li jgħixu fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta ilhom snin twal jistennew. Spjega kif permezz ta’ dan il-proġett, hekk kif qed jitnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar, dan ifisser li se jkun qed jingħata lura lill-familji biex iqattgħu aktar ħin flimkien.

Spjega kif dan il-proġett beda inqas minn sena ilu, fejn f’inqas minn sena dan il-proġett huwa turija tal-ħidma għaqlija ta’ dan il-Gvern hekk kif dan il-Gvern juri ħidma u livell ġdid ta’ infrastruttura f’pajjiżna.

Dawn il-mini ġodda se jkunu qed inaqqsu t-tniġġis mill-emissjonijiet minħabba l-konġestjoni li kien ikun hemm f’din ir-roundabout, li fiha kienu jiltaqgħu u jaqsmu kontra xulxin diversi rotot traffikużi, fosthom tliet toroq arterjali u tliet toroq oħrajn li jagħtu għal Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien. Bil-junction ġdida fuq żewġ livelli, l-iżjed rotta li tintuża f’dan is-salib it-toroq, bejn Triq Tal-Barrani u Vjal Santa Luċija, issa qed tgħaddi minn korsiji separate mill-mini. B’hekk saret ukoll eħfef biex tivvjaġġa b’mod aktar sigur bejn il-konnessjonijiet l-oħrajn tar-roundabout.

Fuq il-mini, il-kuntratturi tal-aġenzija issa qed jerġgħu jibnu r-roundabout b’disinn ġdid li jtejjeb l-aċċess għar-residenti ta’ Sant Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com