Ituha Multa Għax Niżżlet Il-Maskra Biex Ixxomm Is-Sapun… Kellhom Raġun?

 Ituha Multa Għax Niżżlet Il-Maskra Biex Ixxomm Is-Sapun… Kellhom  Raġun?

Mara li kienet liebsa maskra u marret tagħmel ix-xirja ta’ kuljum f’supermarket, spiċċat  xorta laqtet multa b’rabta mal-maskra.

Dan hekk kif, skont is-sieħeb tagħha, l-istess mara kienet qed tixtri s-sapun tal-ħwejjeġ u bħal kull persuna oħra xtaqet  tara x’rieħa għandu u għalekk niżżlet il-maskra u xammet is-sapun.

Dlonk kif proprju niżlet il-maskra, sabet ma’ wiċċha tlett uffiċjali tal-LESA li ħarġulha multa għax ma kinitx liebsa l-maskra suret in-nies u kawża ta’ hekk spiċċat qalgħet multa ta’ €100.

Fil-messaġġ li kiteb fuq Facebook is-sieħeb tagħha, hu staqsa jekk għandhomx dritt iwaħluha multa għax kienet fuq ġewwa ta’ ħanut b’bosta persuni qasmu l-opinjoni tagħhom taħt il-messaġġ.

Kienu bosta li ma qablux u li l-multa ma’ ngħatatx bi ħsieb ġenwin hekk kif din il-mara kellha maskra, iżda bħal ma jħobbu jagħmlu ħafna xammet is-sapun biex tara hux rieħa li togħġobha.

Iżda oħrajn spjegaw kif il-multa ngħatat u kellha tingħata hekk kif hi xorta m’obdietx il-mizura bi sħiħ, dik li tilbes il-maskra sew f’postijiet pubbliċi u fuq ġewwa tal-ħwienet.

Oħrajn qalu li l-uffiċjali misshom widdbuha aktar milli qabdu u tawha multa, hekk kif żgur mhux forsi l-azzjoni tagħha ma kinitx waħda bi qżież.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com