“Diversi Sidien Ta’ Restoranti Qed Isibuha Diffiċli Ħafna Biex Ikampaw…” -Is-Sindku Tal-Imtarfa Bi Proposta
Bla dubju ta’ xejn il-pandemija globali ta’ Covid-19 m’hijiex problema fuq is-saħħa biss, pero hija problema kbira għan-negożji u l-ekonomija ta’ kull Pajjiż. Kull Gvern, mill-bidu tal-2020, kellu jagħmel restriżjonijiet serji u maġġuri. Fost ħafna direttivi li ħareġ bihom kull Gvern, kienet dik tad-distanża soċjali.
Din id-direttiva affetwat bi kbir lir-restoranti fejn qabel kellek 50 persuna fuq ġewwa illum forsi għandek 12-il persuna. Ovjament dan iwassal, li restorant, każin, bottega, etċ ikollu naqasslek l-okupazzjoni.
Is-Sindku tal-Mtarfa Daniel Attard, f’post li għamel fuq facebook issuġerixxa soluzzjoni fejn saħaq li għandu jkun hemm perspex b’qies stabillit bejn l-imwejjed. Huwa qal illi f’ċertu uffiċini diġà bdew jużaw dan il-pjan. Is-Sindku sostna ukoll li l-pandemija hija daqa kbira kif ukoll f’xifer falliment.
“Dan qed jikkawza problemi serji fis-saħħa mentali u fil-ħajja b’mod ġenerali, b’tensjonijiet kbar bejn koppji u familji li se jispiċċaw jitkissru”, kiteb Attard.
It-tim ta’ Strada Rjali għamel riċerka u sab li f’Mejju li għadda f’Ruma u Milan, l-awtoritajiet Taljani diġà kienu qed jaħsbu fuq dan il-pjan sabiex jiġi implimentat wara l-lockdown li kellhom. Iżda jekk ħasbu li t-Taljani kienu minn tal-ewwel fuq din il-loġisitika innovativa ma’ damux wisq. Id-disinjatur mondjali Sean Dix, f’April 2020 permezz ta’ tweeà huwa ħareġ pjanti ta’ restorant partikulari fuq dan l-istil. Saħansitra anke Starbucks f’Tapei, qiegħed juża dan il-pjan.
Mal-Maltin din niżlet tajba ħafna, fost ħafna kummenti li fil-post Daniel irċieva kienu ta’ tifħir lejh.