€880 Aktar Għal Koppja B’Żewġt Itfal Bil-Paga Minima

 €880 Aktar Għal Koppja B’Żewġt Itfal Bil-Paga Minima

Koppji b’żewġt itfal li jaqilgħu l-paga minima se jkunu qegħdin jirċievu bejniethom aktar minn €880 permezz tal-budget għas-sena d-dieħla.

Minn analiżi li għamel dan is-sit tal-budget, joħroġ li din il-koppja se tirċievia żieda fl-in-work benefit, żieda ta’ €140 fiċ-childrens’ allowance, €190 f’ċekk mit-tax refund li reġa’ ġie inkluż fil-baġit, €200 oħra f’vouchers. Fl-istess waqt l-impjieg tagħhom ġie ggarantit permezz tal-iskema tal-Wage Supplement.

Il-pensjonanti wkoll se jkunu qegħdin jaraw żieda tajba fid-dħul tagħhom is-sena d-dieħla.

Koppja li tiddependi mill-pensjoni minima se tieħu b’kollox żieda ta’ €750 bis-saħħa ta’ żieda fil-pensjoni, fl-għajnuna supplimentari u l-vawċers.

Koppja middle-class tipika se tirċievi żieda fiċ-children’s allowance, żieda fir-rifużjoni tat-taxxa, sett ieħor ta’ vouchers, għajnuna f’tax credits jekk tfaddal f’pensjoni privata li b’kollox jammontaw għal €930 aktar, jiġifieri l-ekwivalenti ta’ xahar addizzjonali ta’ dħul medju disponibbli.

 
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com