Elezzjoni Każwali Biex Jimtela’ S-Siġġu Fuq It-13-Il Distrett

 Elezzjoni Każwali Biex Jimtela’ S-Siġġu Fuq It-13-Il Distrett

Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fit-tlettax-il distrett elettorali wara l-mewt ta’ Fredrick Azzopardi.

Dan l-avviż (writ) ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali avżat li ser tirċievi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela dan il-post ta’ membru parlamentari fit-tlettax-il distrett elettorali.

Il-kandidat li jistgħu jitfgħu n-nomina tagħhom huma Joseph Ellis, Ċensu Galea, Ryan Mercieca, Charles Polidano, Maria Portelli u Jason Zammit.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com