Birkirkara FC Taħt Kwarantina Mandatorja Għat-Tieni Darba

 Birkirkara FC Taħt Kwarantina Mandatorja Għat-Tieni Darba

Ħames plejers fl-iskwadra ta’ Birkirkara FC irriżultaw pożittiv għall-Covid-19 bl-skwadra kollha tintalab toqgħod taħt kwarantina mandatorja għat-tieni darba f’spazzju ta’ xahrejn.  Dan ġie konfermat fuq il-paġna uffiċjali tal-istess Birkirkara FC fuq facebook.

Birkirkara FC ġew megħluba minn Sliema Wanderers nhar it-Tnejn bl-skor ta’ 2 -1 fl-aħħar partita tagħhom mill-Kampjonat Premier. L-istripes kienu ser jaffaċjaw lill-Floriana FC nhar is-Sibt iżda l-partita issa hija posposta.

Fl-istqarrija, Birkirkara FC sostnew li ser ikunu qed jesploraw il-possibilitajiet kollha hekk kif is-sitwazzjoni mhijiex tenibli għall-plejers, staff tekniku u l-persuni kollha viċin l-iskwadra hekk kif fi ftit ġimgħat il-membri ġew mitluba għat-tieni darba josservaw kwarantina mandatorja.

Ritratt: Birkirkara FC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com