Farrugia Mhux Se Jibqa’ CEO tal-MGA

Il-Kap Eżekuttiv tal- Awtorità Maltija għal Logħob (MGA) Heathcliff Farrugia mhux ser ikun qed iġedded l-kuntratt tiegħu fi ħdan l-istess Awtorità.
Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari Għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali ħabbar ukoll li l-Kap Uffiċjal għall-Awtorizzazzjonijiet is-Karl Brincat Peplow mistenni wkoll itemm il-karriera tiegħu fl-MGA.
Il-perjodu ta’ meta l-kuntratti msemmija ser jiġu fi tmiemhom ser jiġi determinat mill-bord tal-istess Awtorità fil-ġimgħat li ġejjin.