Fil-Ħin Li Ġej … F’Malta Mistennija Jiżdiedu l-Miżuri Kontra l-Covid-19, x’Jagħmlu fl-Ewropa?

 Fil-Ħin Li Ġej … F’Malta Mistennija Jiżdiedu l-Miżuri Kontra l-Covid-19, x’Jagħmlu fl-Ewropa?

F’Malta llum ilħaqna numru rekord ta’ każijiet ta’ Covid-19, b’aktar minn 1009 każ attiv u b’rekord ta’ 112-il każ ġdid f’ġurnata waħda.

Dan wassal biex ħafna nies issa qed jitolbu biex tittieħed azzjoni u jkun hemm aktar miżuri biex jikkontrollaw il-Covid-19 f’pajjiżna.

Sa issa mhux magħruf x’se jkunu dawn il-miżuri, iżda jidher li waħda mill-miżuri tista’ tkun dik li f’ċertu ħin jingħalqu l-istabbilimenti kollha.

Din il-miżura diġà ttieħdet f’numru ta’ pajjiżi Ewropej, per eżempju f’numru ta’ bliet fi Franza, fosthom Pariġi, bejn id-9p.m. u s-6a.m. in-nies iridu jinġabru f’darhom “curfew” inkella jeħlu multa ta’ 135 ewro, dan wara li f’ġurnata waħda kien hemm 22,591 każ ġdid.

Il-Ġermanja ordnat li fil-11p.m. iridu jgħalqu l-bars u r-ristoranti kollha f’żoni fejn hemm żieda qawwija ta’ każijiet pożittivi, waqt li fl-Italja l-bars u ristoranti jridu jagħlqu sa nofsillejl.

Ir-Repubblika Ċeka ordnat lockdown parzjali fejn ser jingħalqu l-iskejjel, ristoranti, bars u l-clubs. Fl-Olanda wkoll tħabbar lockdown parzjali.

Nistennew u naraw il-miżuri li se jkollna f’Malta fil-ħin li ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com