Kulħadd Jara F’Min Se Jwaħħal U Għadek Tiltaqa’ Ma’ Nies Li Trid Tgħidilhom “Ilbes Il-Maskra!!!” Din Hi L-Verità

 Kulħadd Jara F’Min Se Jwaħħal U Għadek Tiltaqa’ Ma’ Nies Li Trid Tgħidilhom “Ilbes Il-Maskra!!!” Din Hi L-Verità

Filwaqt li kulħadd komdu jikkritika, tajjeb nħarsu lejna nfusna u naraw kemm qed nobdu. Mhux darba jew tnejn anzi bosta drabi, tmur fejn tmur saħansitra f’postijiet u skejjel stess li tara persuni bla maskra.

Illum iltqajt ma’ żewġ persuni: wieħed f’ħanut fejn x’ħin għedtlu ‘ilbes il-maskra’, qalli “Iva grazzi għal ruħ min għandek mejjet!” Dlonk weġibtu li aħjar jilbisha jekk ma jridx ikun hu l-mejjet meta dan il-persuna ma kienx żgħir fl-età.

Ġo skejjel ukoll tara persuni jduru fil-kuriduri bla maskra. U danw mhux tfal! Min għax bi skuża u min b’oħra.

Ikun hemm ukoll dawk li malli tgħidilhom, iħarsu lejk qishom raw aljen u jitbissmu.

Ejja nkunu ddixxiplinati u nibdew minna nfusna. Naqtgħu l-ippuntar tas-swaba’ u nibdew nieħdu azzjoni oħra. Kull qatra tgħodd! Kull azzjoni tfisser ħafna.

Irridu li jgħaddi dan iż-żmien minn fuqna malajr kemm jista’ jkun? Jew ser naraw il-bżonn tagħna u ma jimpurtana minn xejn???

Ritratt: fromthegrapevine.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com