Fil-Mellieħa, Vandaliżżata T-Tifkira Ta’ Ommu u Martu Li Mietet Sentejn Ilu

 Fil-Mellieħa, Vandaliżżata T-Tifkira Ta’ Ommu u Martu Li Mietet Sentejn Ilu

Dalgħodu bosta kienu xxukkjati wara li bank tal-irħam li kien sar ħdejn it-Torri l-Aħmar fil-Mellieħa ġie vvandaliżżat.

Għar minn hekk dan il-bank kellu tifkira sentimentali għaliex sar mir-Raġel u iben Anita Gray li mietet sentejn ilu.

Miktub fuq il-bank kien hemm messaġġ pożittiv mill-isbaħ, “Jekk jogħġobkom, gawdu l-veduta, il-paċi u t-tranwillita’, Għożżu lil dawk li tħobbu u dawk viċin tagħkom, Gawdu l-ħajja”.

Naturalment, meta wieħed ipoġġi, jkollu veduta mill-isbaħ tal-Mellieħa u l-madwar.

Mill-ewwel bdew jinxterrdu l-messaġġi mingħand nies differenti lesti biex jgħinu biex dan il-bank ikoniku jerġa’ jinbena u jitpoġġa fejn kien.

Kunsillier tal-Mellieħa, Ivan Castillo ħabbar li se jibda crowdfunding għal dan il-għan!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com