Fil-Periklu tal-Mewt Wara li Tkaxkret Minn Karozza Li Baqgħet Sejra

Mara ta’ 47 sena mill-Gżira tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-Gżira.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.15 p.m. fi Triq Rue D’Argens meta l-vittma ntlaqtet u ġiet imkaxkra minn karozza li baqgħet sejra.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.