Fl-Aħħar Jiem kellna Sħana Soffokanti… Għall-Maltempati Fadlilna Ġimgħa Oħra

 Fl-Aħħar Jiem kellna Sħana Soffokanti… Għall-Maltempati Fadlilna Ġimgħa Oħra
L-arja sħuna u soffokanti tal-aħħar jiem se tħallina bil-mod ‘il mod speċjalment mit-Tlieta 6/10, hekk kif kurrenti aktar friski mill-Ewropa jilħqu x-xtut tagħna. Ftit xita mhix qed tkun eskluża fil-bidu u t-tmiem tal-ġimgħa d-dieħla, iżda għall-maltempati rridu nistennew ġimgħa oħra…
It-temp għall-ġimgħa d-dieħla se jkun b’ammont varju ta’ sħab fil-maġġoranza tal-jiem. L-aktar jum umdu se jkun t’għada t-Tnejn 5/10 u l-aktar jum xemxi se jkun it-Tlieta 6/10, filwaqt li ftit xita (b’ċans ta’ ragħad) mistennija fil-lejl ta’ bejn għada t-Tnejn 5/10 u t-Tlieta 6/10 u possibilment anke s-Sibt 10/10..
Ir-riħ se jkun ġeneralment ħafif jew moderat (sa Forza 5). Se jdur riħ fuq mit-Tlieta 6/10 u jerġa’ jsir riħ isfel lejn tmiem il-ġimgħa, iżda sal-Ħadd 11/10 mistenni mbagħad jerġa’ jdur riħ fuq li jitqawwa mal-wasla ta’ perturbazzjoni Atlantika..
It-temperatura massima se tonqos minn ~29°C għada t-Tnejn 5/10 għal ~24°C sa tmiem il-ġimgħa, filwaqt li l-minimi wkoll se jitbaxxew minn ~22°C għal ~19°C..
It-temperatura tal-baħar tinsab f’medja ta’ 26°C, li hi madwar 2°C ogħla mill-medja tal-bidu t’Ottubru.
Aktar aġġornamenti jsegwu.

Ritratt: TravelTriangle
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com