F’Settembru Kompla Jonqos Il-Qgħad

 F’Settembru Kompla Jonqos Il-Qgħad

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, juru li matul Settembru li għadda, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu bi kważi 290 ruħ meta mqabbel ma’ Awwissu li għadda.

Madankollu kawża tal-pandemija, l-istatistika turi li f’Settembru li għadda, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol kienu jammontaw għal 3,385, jiġifieri żieda ta’ 1,717-il persuna meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.

Iċ-ċifri pprovduti mill-Aġenzija Jobs Plus juru li l-pesuni jirreġistraw għax-xogħol beda jiżdied fix-xhur wara li feġġ il-virus Covid-19, madankollu reġa’ qabad jonqos matul ix-xahar li għadda.

L-NSO żied jgħid li l-ikbar żieda fil-qgħad kienet irreġistrata fost dawk il-persuni li kienu ilhom jirreġistraw bejn 21 u 52 ġimgħa. Min-naħa l-oħra naqsu dawk li kienu ilhom fuq il-kotba tal-qgħad għal aktar minn sena.

Il-persuni b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol żdiedu bi 22 meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet u issa jammontaw għal 249.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com