“Nistenna Li Jsir L-Istess Fuq Ir-Rotunda Tal-Mosta… Ir-Rappreżentanti Tal-Mosta Hemm Bżonn Iqumu Mir-Raqda” – Jason Micallef

 “Nistenna Li Jsir L-Istess Fuq Ir-Rotunda Tal-Mosta… Ir-Rappreżentanti Tal-Mosta Hemm Bżonn Iqumu Mir-Raqda” – Jason Micallef

Iċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency Jason Micallef faħħar il-proġett tal-mixgħela mill-ġdid tal-koppla tal-Knisja tal-Madonna tal-karmnu fil-Belt Kapitali Maltija fejn tenna li hekk kien tassew jixraq. Saħaq li din hija l-aktar xena li naraw fil-mezzi tax-xandir u midja internazzjonali meta jġibu l-kapitali tagħna hekk kif tidher mix-xatt Tas-Sliema.

Iżda appella biex il-Gvern jintervjeni bl-istess mod fuq ir-Rotudna tal-Bażilika tal-Mosta fejn statistikament wara l-Imdina u l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, hija l-aktar post li t-turisti jżuru meta jiġu f’pajjiżna.

“Għalhekk ukoll li hemm bżonn li d-deputati fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti li suppost jirrappreżentaw lill-Mosta, iqumu mir-raqda u l-apatija li waqgħu fiha u jmexxu dal-każ il-quddiem”, kiteb Micallef.

Semma wkoll lis-Segretarju Parlamentari Alex Muscat fejn qal li hu “fost l-aktar li jista’ jgħin għax qiegħed fil-Kabinett.”

“Dwar ir-Rotunda jeħtieġ li jsir l-istess jekk id-deputati Mostin tabilħaqq jinteressahom mill-Mosta li jiddispjaċini ngħid tinsab mitluqa u ltima mir-rappreżentanti tagħha stess”, temm jgħid Jason Micallef.

 

Ritratt: DOI/ Jason Borg

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com