“Għalkemm Saħħti Mhiex Tajba Nemmen Li Biż-żmien Kollox Jitfejjaq…” – Sandro Craus

Sandro Craus; uffiċjali li jaħdem f’Kastilja u huwa wkoll is-Sindku tar-Rabat ittestja pożittiv għall-Covid-19 nhar it-Tlieta li għadda.
Fuq facebook tenna li ilu iżolat min-nhar il-Ħadd li għadda u fil-postijiet fejn jaħdem, qed jittieħdu l-prekawzzjonijiet meħtieġa.
“F’ Kastilja l-ħaddiema kollha tal-Customer Care għamlu t-testijiet u kollha ħarġu negattivi u l-kunsill diġà hemm 2 ħaddiema negattivi wkoll. L-aktar tnejn li kienu viċin tiegħi”, kiteb Craus.
Tenna wkoll li saħħtu mhux tajba imma qed ikun pożittiv: “Għalkemm saħħti mhiex tajba nemmen li biż-żmien kollox jitfejjaq u la jgħaddi kollox, nerġa’ nkun magħkom f’ħidmieti.”
Ritratt: Facebook/ Sandro Craus