Għawdxi Arrestat B’Rabta Mal-Hit-And-Run Fil-Gżira

 Għawdxi Arrestat B’Rabta Mal-Hit-And-Run Fil-Gżira

Raġel ta’ 61 sena min-Nadur Għawdex ġie arrestat b’rabta mal-hit and run li seħħ għall-ħabta tas-siegħa u kwart tal-bieraħ fi Triq Rue D’Argens f’Tas-Sliema.

Ir-raġel ġie arrestat dalgħodu mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Tas-Sliema wara li minn investigazzjonijiet intensivi ġiet identifikata l-karozza involuta fl-inċident tal-għamla Ottawa YT30.

Minn iżjed stħarriġ, il-vettura instabet f’Għawdex u x-xufier ġie arrestat f’Għawdex ukoll.

Fl-inċident indarbet serjament mara ta’ 47 sena mill-Gżira tinsab fil-periklu tal-mewt.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru nstab li l-mara ntlaqtet u ġiet imkaxkra minn vettura li baqgħet sejra.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com