“Jekk Kont Ġenitur Li Ma Ridtx Tibgħat Lit-Tfal Skola, Toħodhomx F’Supermarkets!” – Omm

 “Jekk Kont Ġenitur Li Ma Ridtx Tibgħat Lit-Tfal Skola, Toħodhomx F’Supermarkets!” – Omm

Omm urtata reħitilha fuq Facebook fejn kitbet dwar kif dawk il-ġenituri li fi żmien meta tħabbar li se jerġgħu jiftħu l-iskejjel iġġudikaw ġenituri oħra li se jibgħatu lit-tfal tagħhom.

Dan hekk kif hi kitbet dwar kif filwaqt li l-istess ġenituri kienu minn tal-ewwel li werżqu dwar kif it-tfal “ma sabuhomx barra”, għażlu li ma jibgħatuhomx skola iżda minflok jieħdu lit-tfal magħhom għat-tombla jew f’xi supermarket biex jagħmlu x-xirja.

Spjegat kif wieħed jekk jitkellem dwar ħaġa bħal din, għandu jkompli jsegwi dak li qal, u mhux l-ewwel jiġġudika ġenituri li ma kellhomx għażla oħra, u minfuq xorta jieħdu lit-tfal tagħhom f’postijiet fejn jgħaddu għexieren ta’ nies minnhom bir-riskju għall-Covid-19 jaf ikun akbar minn meta wieħed jibgħat lit-tifel l-iskola.

Qalet kif hi xtaqet tiġbed l-attenzjoni ta’ dawk li għażlu li jiġġudikaw, hekk kif issa lill-istess persuni rathom b’għajnejha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com