Għin Lill-Pulizija Ssib Lil Dan Ir-Raġel!
Il-Korp tal-Pulizija qed jitlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jgħinu jsib raġel li qed ikun imfittex biex jidher il-Qorti wara li ma deherx għal diversi drabi.
F’messaġġ fuq Facebook il-Pulizija spjegat kif kull informazzjoni għandha tiġi mgħoddija fuq messaġġ privat permezz ta’ messenger jew fuq il-linji 119 / 21224001 u jiġi kwotat in-numru (3/2020).