“Ma Rridx Jaħasra U Miskina… Nixtieq Biss Naqsam Magħkom Dan Il-Vjaġġ” – Melanie Abela

 “Ma Rridx Jaħasra U Miskina… Nixtieq Biss Naqsam Magħkom Dan Il-Vjaġġ” – Melanie Abela

“Ma rridx jaħasra jew miskina imma nixtieq BISS naqsam magħkom dan il-vjaġġ li għaddejna minnu biex nagħmel kuraġġ lil ħaddieħor.”

Hekk kitbet Melanie Abela, il-mara tal-Ministru Carmelo Abela, f’messaġġ fuq Facebook.

Sena ilu Melanie kellha tgħamel operazzjoni biex issalvalha ħajjitha, dan wara li ħasset qisha splużjoni sseħħ f’rasha waqt li kienet rieqda.

Hi kienet ħasbet li m’hi xejn iżda wara li binha kellem lit-tabib qalilha biex tmur dritt l-isptar. Minn hemm qalulha li kellha bżonn tagħmel operazzjoni li ser issalvalha ħajjitha fejn proprju fl-4 ta’ Ottubru tal-2019 għamlet operazzjoni ta’ disa’ sigħat.

F’messaġġ fuq Facebook li tellgħet proprju llum, sena wara l-operazzjoni, Melanie rringrazzjat lil kulħadd speċjalment lill-ħbieb tas-sapport u t-talb tagħhom u kif ukoll lit-tobba u t-tim tad-dedikazzjoni tagħhom lejn il-pazjenti.

Hi rringrazzjat ukoll lill-familja tagħha ta’ kemm għamlet magħha f’dawn il-mumenti tant ta’ bżonn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com