Ġieli Tliftuh L-Aptit Tas-Sess?

 Ġieli Tliftuh L-Aptit Tas-Sess?

1. Huwa nkwetanti li kultant titlef l-aptit sesswali?

Qas xejn. Hu normali li persuna titlef l-aptit sesswali. Kultant minħabba żmien iebes li wieħed ikun għaddej minnu. Drabi oħra minħabba affarijiet iktar eċitanti li jista’ jkun qed jiġru f’ħajjitna, bhal per eżempju, li tieħu promotion ix-xogħol, jew qed tieħu ħsieb xi proġett li jeċitak. Dan joħodlok ħafna enerġija u tant tikkonċentra fuqu li qas jiġik aptit sesswali.

Jekk tara li l-aptit sesswali ilu nieqes, jew qed jaffetwa lis-sieħeb/ sieħba, hemm hekk trid tfittex l-għajnuna ħalli tifhem eżatt x’qed jiġri.

2. U huwa nkwetanti li filwaqt li tħobb il-partner tiegħek, titlef l-aptit sesswali miegħu/magħha u tiffantasizza fuq oħrajn?

Is-sess u sesswalità huma parti integrali mill-identita’ tagħna, speċjalment minn kif nuru ġibda lejn persuna. Is-sesswalità hi xi ħaġa fluwida, ġieli jkollna vera aptit u ġieli jonqsilna l-aptit. Meta jkollna aptit sesswali ġenerali lejn ħaddieħor, iżda mhux lejn is-sieħeb/ sieħba, ħafna drabi għandhu x’jaqsam mar-relazzjoni ġenerali, jew dik sesswali.

Nistiednek tistaqi naqra lilek innifsek: is-sess miegħu/magħha jogħġbokx u x’għandek bżonn. It-teknika togħġbok? Qed tirrilassa waqt is-sess? Qed tħossok sigur fir-relazzjoni? Tħobbu / tħobbha? Tħossok maħbub/a?

Dan l-artiklu sar bil-kollaborazzjoni ma’ Matthew Bartolo li huwa counsellor li jispeċjalizza fis-sess u r-relazzjonijiet. Jissejjaħ ukoll sesswologu. Inħeġġukom ukoll iżuru https://www.facebook.com/sexclinicmalta għal konsultazzjoni privata u professjonali.

Ritratt: Facebook/ Matthew Bartolo

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com