Il-‘Euro Pride’ Se Ssir F’Malta Għall-Ewwel Darba

 Il-‘Euro Pride’ Se Ssir F’Malta Għall-Ewwel Darba

Fi tweet mis-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar, tħabbar li Malta se tkun qed tilqa’ l-Euro Pride għall-ewwel darba.

Din se ssir fl-2023. Tenniet li l-ugwaljanza hija u se tibqa’ dejjem fuq nett tal-aġenda tal-Gvern Malti.

Dan huwa avveniment kbir li jiġbed eluf ta’ turisti minn madwar id-dinja. Malta rebħet dan il-bid wara li kienet qed tikkompeti għal dan l-avveniment ma’ Rotterdam u Belfast.

Awguri Malta. Prosit Rosianne u t-tim kollu!

Dan tħabbar ukoll mill-Assoċjazzjoni tal-Organizzaturi tal-European Pride li jissapportjaw il-moviment tal-Pride u jagħtu l-liċenzja tal-Euro Pride.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com