Ħa Naraw Tiżjin U Armar Tal-Milied Fit-Toroq Din Is-Sena?

Forsi bosta huma dawk li jħossuhom inċerti minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija Covid-19 din is-sena. Fir-rigward tal-festi li nħobbu niċċelebraw, ħafna wkoll huma dawk li jħossu spirtu bil-ħafna inqas.
Imma ejja nagħmlu kuraġġ. Ejja nagħmlu l-parti tagħna u din is-sena narmaw bħas-soltu anzi kważi kważi iżjed, għaliex it-toroq jistgħu jitgawdew billi wieħed jgħaddi minnhom bil-karozza.
Il-lokalità tiegħek ser tiżżejjen din is-sena? id-dar ser tarmaha bħas-soltu? Ħsibna li noħolqu kampanja “Spinta Fl-Ispirtu tal-Milied 2020” mhux biss għall-armar, imma wkoll biex dan il-mument li huwa żmien speajċli, jinħass xorta waħda u fih inkunu aktar ġenerużi fl-azzjonijiet tagħna ma’ xulxin kif ukoll nagħtu spinta lill-moral u anke s-saħħa mentali.
Ejja niġġieldu l-virus flimkien… Il-Milied ġej xorta waħda. L-ispirtu se ikun fina wkoll.
Ritratt: In-Naxxar fuq CNN