Ħadd Ma Jweġġa’ F’Inċident Żgħir Fil-Mużew Marittimu

 Ħadd Ma Jweġġa’ F’Inċident Żgħir Fil-Mużew Marittimu

Ħadd ma weġġa’ f’inċident żgħir li seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu fil-Mużew Marittimu fil-Birgu.

L-inċident seħħ meta nqata’ cable ta’ tower crane u bajla żgħira li kien fiha terrapien waqgħet fuq il-bejt tal-Mużew Marittimu, bil-konsegwenza li nqasmu żewġ xorok.

Minnufih ittieħdu l-passi neċessarji biex jiġi assigurat li l-post huwa sigur u ttieħdu passi wkoll biex il-ħsara tissewwa.

Fi stqarrija, kelliem għall-Mużew Marittimu qal li ma saret l-ebda ħsara lill-kollezzjoni. Ix-xogħlijiet li għaddejjin fis-sit bħalissa qed isiru b’rabta ma’ proġett ewlieni ta’ restawr u rinovazzjoni fil-Mużew Marittimu. Il-Mużew bħalissa huwa magħluq għall-pubbliku.

Ritratt: Trip Advisor

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com