Żewġt Irġiel Arrestati B’Rabta Ma’ droga

 Żewġt Irġiel Arrestati B’Rabta Ma’ droga

Bulgaru ta’ 36 sena u Mali ta’ 24 sena mistennija jitressqu l-qorti wara li lbieraħ filgħaxija, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga sabuhom fil-pussess tad-droga f’Paceville.

Il-Bulgara nstab fil-pussess ta’ sustanza suspettata droga kokaina u ħaxixa tal-kannabis.

Ir-raġel mill-Mali nstab fil-pussess ta’ diversi pakketti b’sustanza suspettata droga kokaina, f’ċirkostanzi li juru li d-droga ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti b’arrest għada u se jiġi mixli bil-pussess aggravat tad-droga kokaina.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com