Ħanżir Daqshiex Jispiċċa Fiċ-Ċentru Ta’ Kontroversja…

F’filmat li ttella’ fuq il-paġna ta’ facebook ‘The Weather Page Malta’ li rċevewh mingħand Robert Bonsfield, jidher ħanżir imdaqqas mhux ħażin. Intqal li dan intlemaħ f’Birkirkara.
Kien hemm min iggustah u kien hemm min waqqgħu għaż-żuffjett u qabblu ma’ nies fil-politika. Kien hemm imbagħad min kellu kliem iebes għal dawn il-kummenti għaliex bdew jgħidu li dan l-annimal mhux kuntent u malli tarah fil-ktajjen ittik għafsa ta’ qalb u mhux ta’ min ngħaddu ż-żmien bih.
Intom x’taħsbu dwar dan?