Ħsara Fir-Rampa Tal-Vapur Tal-Gozo Channel Iżżomm Lill-Passiġġieri Jistennew Fil-Vapur
Ħsara li seħħet fir-rampa tal-vapur tal-Gozo Channel spiċċat żammet lill-passiġġieri li kienu leħqu telgħu abbord, jistennew fil-vapur stess sakemm tissewwa l-istess rampa.
Numru ta’ persuni lmentaw dwar kif filwaqt li telgħu fil-vapur u bdew jistennewh jitlaq fil-ħin kif sippost jiġri għall-ħabbta tat-3:00 ta’ waranofsinhar, dan il-vapur baqa’ fejn kien għal aktar minn 30 minuta bil-passiġġiera jitħallew jistennew ma jafux x’ser jiġri.
Hekk kif għaddew it-30 minuta, uffiċjal tal-Gozo Channel ħabbar fuq il-mikrofonu li l-vapur mistenni jitlaq lura lejn Malta minn ħin għal ieħor fejn skuża ruħu għal kull inkonvenjenza li nħolqot hekk kif kien hemm xi ħsarat fir-rampa.
Veru kollox jista’ jiġri fil-ħajja imma din mhux l-ewwel darba…
Qatt ġratlek li kont qed tistenna li tirritorna lura Malta jew Għawdex u tħallejt tistenna?